AnnaBelle
,
Isabelle
,
Konrad
Pulè
,
Daniela
Delicata
.
Dawn
huma
wħud
mill-
ismijiet
minn
fost
il-
lista
ta'
14-il
kantant
finalist
li
fi
Frar
li
ġej
se
jikkompetu
biex
jaslu
sa
l-
aħħar
serata
tal-
Kanzunetta
għall-
Ewropa
f'
Dar
il-
Mediterran
għall-
Konferenzi
fil-
Belt
.
L-
ismijiet
huma
biss
ftit
mil-
lista
ta'
finalisti
-
kif
magħżula
ġimgħa
ilu
-
li
hi
dominata
minn
"
ismijiet
sorpriża
jew
li
huma
pjuttost
ġodda
fix-
xena
mużikali
"
.
L-
uniċi
ismijiet
ta'
kantanti
stabbiliti
li
rnexxielhom
jidħlu
bħala
finalisti
huma
Olivia
Lewis
u
William
Mangion
.
X'
ġara
?
Għaliex
dan
it-
taqlib
kollu
?
Ir-
risposta
tinsab
fil-
metodu
ġdid
li
beda
jintuża
biex
jintgħażlu
l-
kantanti
,
u
fuq
kollox
dik
il-
kanzunetta
li
tista'
taqla'
lil
Malta
mill-
fażi
ta'
kwalifikazzjoni
għall-
Eurovision
ta'
Helsinki
f'
Mejju
li
ġej
.
Ir-
riżultat
diżastruż
miksub
minn
Malta
aktar
kmieni
din
is-
sena
f'
Ateni
bil-
kanzunetta
"
I
Do
"
ta'
Fabrizio
Faniello
tikseb
l-
aħħar
post
fil-
klassifika
tal-
voti
finali
,
iġġiegħel
lil
Malta
li
tipparteċipa
fi
prekompetizzjoni
li
matulha
issa
teħtieġ
li
tintgħażel
minn
fost
10
li
jridu
jidħlu
għall-
finali
ta'
l-
Eurovision
f'
Helsinki
.
B'
hekk
r-
riżultat
diżappuntanti
miksub
minn
Malta
wassal
għal
reviżjoni
sħiħa
fil-
metodu
ta'
l-
għażla
tal-
kanzunetta
li
se
tirrappreżenta
lil
Malta
.
"
Irridu
nifhmu
li
l-
kanzunetta
ta'
Malta
għall-
Eurovision
mhix
se
tibqa'
Malta
.
Se
tkun
esportata
u
għalhekk
teħtieġ
tirrispondi
għall-
ħtiġiet
tal-
gosti
u
s-
suq
internazzjonali
,
"
sostna
ċ-
Chairman
tal-
Maltasong
Robert
Abela
f'
intervista
ma'
Illum
li
matulha
spjega
l-
mekkaniżmu
li
tħaddem
biex
intgħażlu
l-
kanżunetti
finalisti
għall-
festival
li
ġej
.
"
Din
kienet
l-
ewwel
darba
li
morna
għal
ġurija
totalment
barranija
magħmula
minn
esperti
fil-
qasam
mużikali
,
"
spjega
Robert
Abela
li
żied
fuq
kif
il-
ġurija
ma
ħarset
lejn
wiċċ
u
isem
ħadd
.
"
Il-
MaltaSong
hi
determinata
li
twassal
sa
Helsinki
dik
il-
kanzunetta
li
tista'
tinbiegħ
barra
u
li
ma
tkunx
popolari
biss
għall-
widna
Maltija
,
"
insista
.
Viżibbilment
konvint
mill-
istrateġija
l-
ġdida
li
nsista
fuqha
kemm
ilu
fil-
kariga
bħala
Chairman
tal-
MaltaSong
,
Robert
Abela
qed
jappella
lill-
pubbliku
Malti
biex
jifhem
l-
importanza
li
tintgħażel
kanzunetta
li
tkun
"
esportabbli
"
.
B'
kollox
kien
hemm
228-
il
kanzunetta
li
kienu
sottomessi
għall-
konsiderazzjoni
.
Madankollu
fit-
tieni
fażi
ntgħażlu
35
li
minnhom
intgħażlu
14-il
finalista
għas-
semifinali
f'
Dar
il-
Mediterran
għall-
Konferenzi
.
"
Neħħejna
l-
ġurija
ta'
Maltin
apposta
.
U
bl-
akbar
responsabbiltà
ninsisti
li
għamilna
sew
għax
hekk
neħħejna
l-
piż
li
wieħed
jiffavorixxi
aktar
lill-
kantant
milli
l-
kanzunetta
"
.
Għal
Robbie
Abela
"
ma
jfisser
xejn
jekk
int
stabbilit
jew
le
.
L-
importanti
li
l-
kanzunetta
tkun
tajba
għall-
barra
u
mhux
staġnata
għas-
suq
lokali
biss
.
"
B'
hekk
,
fi
ftit
kliem
,
hu
dan
il-
fattur
prinċipali
li
"
heżżeż
"
l-
affarijiet
għall-
festival
li
ġej
.
Robert
Abela
hu
ċar
fi
kliemu
:
"
Nappella
lill-
awturi
u
lill-
kompożituri
biex
jimirħu
u
ma
jistaġnawx
.
Neħtieġu
ħoss
ġdid
u
mhux
aktar
dak
li
nassumu
li
hu
tradizzjonali
għall-
Eurovision
.
"
Il-
ġurija
barranija
ma
jimpurtahiex
min
jew
min
hu
hi
l-
kantanta
.
Jimpurtaha
biss
mill-
ħoss
mużikali
,
jimpurtaha
biss
jekk
il-
kanzunetta
hiex
kompetittiva
,
tal-
widna
u
li
tappella
għall-
pubbliku
kollu
mifrux
madwar
il-
kontinent
u
mhux
f'
Malta
biss
.
"
Jien
sorpriż
ħafna
bit-
talent
il-
ġdid
li
ħiereġ
u
li
jidher
fil-
lista
ta'
finalisti
,
"
spjega
Abela
li
żied
kif
minn
fost
il-
ġurija
kien
hemm
min
diġa'
ħa
nota
ta'
xi
ismijiet
ta'
kantanti
u
dan
għax
hemm
il-
possibbiltà
li
wara
l-
festival
ċerti
kantanti
jkunu
avviċinati
għal
kuntratti
.
"
Dan
hu
li
rrid
nisma'
u
nara
li
qed
jiġri
fix-
xena
mużikali
Maltija
,
"
saħaq
Robert
Abela
li
żied
jikkummenta
fuq
dak
li
fisser
bħala
"
bir
wiesa'
ta'
talent
kbir
"
.
"
B'
dan
it-
talent
kollu
li
għandna
kapaċi
niksbu
s-
suċċessi
,
kemm
fuq
livell
ta'
kantanti
individwali
kif
ukoll
bħala
pajjiż
u
dan
ovvjament
fuq
il-
palk
internazjonali
.
"
Waqt
l-
intervista
fakkart
lil
Robert
Abela
fir-
riżultat
miksub
minn
Malta
fil-
Eurovision
li
għadda
.
Hu
reġa'
tenna
kif
bħala
chairperson
,
kif
ukoll
il-
kumitat
kollu
tal-
MaltaSong
,
m'
għandhom
iġorru
l-
ebda
ħtija
għar-
riżultat
.
"
Għamilna
dak
kollu
li
kien
meħtieġ
li
jsir
u
ma
fallejna
l-
ebda
obbligu
tagħna
.
Il-
kanzunetta
ta'
Fabrizio
Faniello
ntgħażlet
mill-
pubbliku
Malti
u
mhux
minna
l-
kumitat
,
"
sostna
.
Fi
kliem
iċ-
Chairperson
tal-
MaltaSong
,
il-
kanzunetta
"
I
Do
"
ta'
Fabrizio
Faniello
għamlet
suċċess
mal-
Maltin
.
Madankollu
ma
niżlitx
tajjeb
ħafna
mal-
pubbliku
Ewropew
f'
dawk
it-
tliet
minuti
ta'
wirja
fuq
il-
palk
ta'
Ateni
.
Fl-
istess
ħin
kien
hemm
il-
fattur
tas-
sorpriża
tal-
Finlandiżi
"
Lordi
"
li
bil-
kanzunetta
"
Rock
Allelulia
"
u
l-
istil
li
ħarġu
bih
kaxkru
l-
voti
mingħand
kulħadd
u
din
kompliet
titfagħna
lura
.
Robert
Abela
jibqa'
sod
wara
Fabrizio
Faniello
.
"
Hu
kantant
tajjeb
,
umli
u
kien
raġel
biżżejjed
li
jassumi
pubblikament
ir-
responsabbiltà
ta'
dak
li
seta'
għamel
fiċ-
ċirkostanżi
.
"
"
Fabrizio
ma
beżax
imur
quddiem
il-
kameras
tat-
TV
,
jieħu
l-
kritika
kollha
li
saritlu
u
jibqa'
jitkellem
mal-
pubbliku
Malti
minkejja
l-
umiljazzjoni
li
ġarrab
,
"
sostna
.
Filwaqt
li
żied
fuq
il-
konvinzjoni
tiegħu
li
l-
poplu
Malti
ma
ħadhiex
lanqas
kontra
Fabrizio
Faniello
,
Robert
Abela
sellem
l-
irġulija
tal-
kantant
li
għaraf
il-
mument
li
jaffronta
lill-
pubbliku
diżappuntat
bir-
riżultat
.
"
Fabrizio
għandu
karattru
sod
u
hu
professjonista
u
nemmen
bis-
sħiħ
li
l-
esperjenza
ta'
Ateni
saħħitu
u
mmaturatu
.
"
Imwarrba
l-
kwistjoni
dwar
ir-
riżultat
miksub
fl-
aħħar
edizzjoni
ta'
l-
Eurovision
,
jien
u
Robert
Abela
nibdew
nitkellmu
fuq
l-
agħa
kbira
li
tinqala'
f'
Malta
kull
darba
li
jasal
iż-
żmien
kemm
għall-
festival
kif
ukoll
għall-
Eurovision
.
"
Tistenna
din
l-
agħa
għax
hu
l-
uniku
palk
internazzjonali
għall-
kanzunetta
Maltija
.
It-
Taljani
għandhom
il-
vetrina
ta'
Sanremo
,
u
għalina
l-
festival
tagħna
hi
l-
vetrina
tagħna
.
"
"
Fil-
Eurovision
ksibna
riżultati
eċċellenti
u
sirna
poplu
li
nagħtu
l-
appoġġ
bis-
saħħa
lil
kulmin
irrappreżentah
,
"
sostna
.
U
l-
festival
li
ġej
?
"
Qed
inbiddlu
ħafna
affarijiet
u
se
nagħmluh
isbaħ
,
"
weġibna
Robert
Abela
li
għażel
li
ma
jiżvelax
dettalji
dwar
x'
inhu
ġej
fis-
serati
ta'
l-
1
u
t-
3
ta'
Frar
2007
.
"
Li
nista'
ngħidlek
hu
li
se
jkun
spettaklu
sabiħ
u
ilna
naħdmu
għalih
għal
dawn
l-
aħħar
ġimgħat
speċifikament
biex
il-
prodott
ikun
wieħed
tajjeb
ħafna
u
li
jirrispondi
għaż-
żminijiet
ta'
llum
.
"
Allura
l-
ebda
antiċipazzjoni
?
"
Li
nista'
ngħidlek
hu
li
għadni
kif
ġibt
il-
konferma
li
l-
kantanta
Ruslana
ta'
l-
Ukrajna
,
li
rebħet
il-
Eurovision
tas-
sena
l-
oħra
,
se
tkun
Malta
għall-
festival
fis-
serata
finali
"
.
Din
se
tkun
l-
ewwel
darba
li
l-
festival
se
jkollu
serata
għal
semifinali
li
matulha
l-
ġurija
-
li
għal
darb'
oħra
se
tkun
kollha
barranija
-
se
jkollha
50
fil-
mija
tal-
vot
,
filwaqt
li
l-
pubbliku
se
jkollu
50
fil-
mija
oħra
tal-
kelma
permezz
tat-
televoting
.
Minn
dik
is-
serata
se
jgħaddu
sitt
finalisti
biss
.
Minn
fosthom
,
fis-
serata
tat-
3
ta'
Frar
,
ikun
il-
pubbliku
stess
li
jkollu
r-
responsabbiltà
ta'
l-
għażla
bit-
televoting
għall-
kanzunetta
għall-
Ewropa
.
U
l-
preżentaturi
?
"
Tkellimna
ma'
diversi
nies
u
wasalna
biex
identifikajna
l-
persuni
li
se
jippreżentaw
il-
festival
li
ġej
.
L-
ismijiet
huma
mistennija
li
jitħabbru
aktarx
il-
ġimgħa
d-
dieħla
.
"
Lejn
tmiem
l-
intervista
,
waqt
li
Robert
Abela
kien
qed
jilgħab
bl-
ispaga
tal-
borża
tat-
tè
li
niżżel
f'
kikkra
bil-
misħun
,
staqsejtu
:
Temmen
li
kapaċi
nirbħu
l-
Eurovision
?
"
Mela
le
.
Wasalna
sat-
tieni
post
ma'
Chiara
.
Ma
naslux
l-
ewwel
xi
darba
tgħid
?
Irridu
nżommu
saqajna
ma'
l-
art
,
u
nibqgħu
ngħarfu
li
l-
kanzunetta
li
se
nibagħtu
għall-
Eurovision
tkun
tappella
għas-
suq
Ewropew
,
"
jibqa'
jinsisti
.
Allura
Robert
Abela
jixtieq
li
jkun
għadu
ċ-
Chairperson
tal-
MaltaSong
dakinhar
li
b'
mod
ipotetiku
Malta
tasal
biex
tirbaħ
il-
Eurovision
?
Iweġibni
b'
daħka
,
iżda
żamm
serju
:
"
Dan
hu
totalment
irrilevanti
.
L-
importanti
li
t-
talent
Malti
jkun
ħa
l-
premju
li
jkun
jistħoqqlu
fuq
il-
palk
internazzjonali
.
"