Intervista
|
30
ta'
Marzu
2008
Nr
74
Julia
Farrugia
tintervista
lill-
Professur
Anthony
Zammit
Għandu
57
sena
u
ftit
'il
bogħod
mill-
Kartanzjan
il-
Professor
Anthony
Zammit
irnexxielu
jitla'
għall-
ewwel
darba
fil-
Parlament
.
Imma
forsi
ftit
huma
dawk
li
jafu
li
Zammit
fi
żmien
kien
Nazzjonalist
.
"
Eħe
,
"
tkun
it-
tweġiba
għall-
ewwel
ftit
xotta
.
Imbagħad
minn
taħt
il-
mustaċċi
bajdanin
tixref
tbissima
.
"
Jien
għadni
mmur
nara
lil
Mrs
Borg
Olivier
.
Tħobbni
ħafna
.
Fi
żmien
kont
operajtha
.
Nittrattaha
bħala
zija
tiegħi
.
"
Imma
x'
ġiegħlu
jbiddel
minn
partit
għall-
ieħor
?
"
Jien
fl-
1987
,
ftit
wara
li
ġejt
mill-
Ġermanja
,
ivvutajt
lill-
Partit
Nazzjonalista
.
Imma
wara
ndunajt
li
l-
Partit
Laburista
hu
l-
veru
partit
tal-
qalb
.
Hu
partit
sinċier
,
"
iwieġeb
filwaqt
li
bil-
mod
itaptap
idu
fuq
il-
qafas
ta'
sidru
.
"
Ħassejtni
aktar
komdu
u
at
home
bil-
politika
tal-
Partit
Laburista
.
"
Mistoqsi
jekk
hux
veru
darba
prova
joħroġ
bħala
kandidat
tal-
PN
,
Anthony
Zammit
jiċħad
.
Iżda
kif
ħaduha
tal-
familja
issa
li
tela'
fil-
Parlamentu
ma'
partit
oppost
għall-
fehmiet
tagħhom
?
Għall-
ewwel
silenzju
.
Imbagħad
għonqu
jdur
b'
kalma
kbira
'l
hemm
u
'l
hawn
bħal
pendlu
.
"
Mort
kontra
l-
mewġ
.
Kien
hemm
xi
kuġini
li
ċemplu
biex
jifirħu
imma
…
.
"
U
jerġa'
jieqaf
.
Ftit
wara
jgħidli
li
ommu
,
li
tilifha
tliet
snin
ilu
,
meta
qalilha
li
kien
ħiereġ
mal-
Partit
Laburista
kienet
ħadet
xokk
kbir
.
"
Meta
lil
ommi
għidtilha
li
ħiereġ
mal-
Partit
Laburista
qaltli
:
"
ibni
se
tħammarli
wiċċi
"
,
"
ikompli
qisu
qed
jerġa'
jgħix
ix-
xena
.
Imma
fil-
bagalja
tiegħu
l-
Professur
iġorr
suċċess
personali
.
Tul
dawn
l-
aħħar
snin
għamel
isem
mhux
biss
għalih
iżda
anke
barra
minn
xtutna
fil-
qasam
tal-
kirurġija
.
Għal
ħafna
li
spiċċaw
taħt
idejh
ismu
ma
kienx
ġdid
u
jaħilfu
bih
.
Imma
f'
daqqa
waħda
f'
Diċembru
seħħ
dak
li
ħadd
ma
basar
u
f'
temp
ta'
xahrejn
ismu
sploda
hekk
kif
ftit
wara
l-
Milied
opera
b'
suċċess
lill-
Kap
ta'
l-
Oppożizzjoni
għall-
marda
tal-
kanċer
.
Kif
jiddeskrivi
lil
Alfred
Sant
?
"
Issa
lil
Alfred
Sant
nafu
minn
ġewwa
u
minn
barra
la
operajtu
minn
ġewwa
,
"
jitbissem
u
ftit
sekondi
wara
jkompli
b'
pawsa
bejn
aġġettiv
u
ieħor
.
"
Alfred
Sant
hu
bniedem
veru
onest
…
bniedem
sinċier
…
metikoluż
u
persuna
b'
qalb
tad-
deheb
,
"
iwieġeb
fil-
pront
.
"
Tlifna
moħħ
kbir
,
"
u
jieqaf
ħesrem
.
Kif
iħares
lejn
il-
fatt
li
taħt
idejh
kellu
lill-
Kap
ta'
l-
Oppożizzjoni
?
"
Tul
dawk
l-
erbat
ijiem
ta'
qabel
ħassejt
piż
kbir
fuqi
.
Għax
minkejja
li
tkun
għamilt
ċerti
testijiet
qabel
xorta
ma
tkunx
taf
x'
se
ssib
.
Imma
meta
dħalna
għall-
operazzjoni
,
le
.
Dik
storja
oħra
.
Għidtilhom
,
"
let's
go
boys
"
u
bdejna
bil-
ħidma
tagħna
.
"
Xi
jwieġeb
għall-
kritika
li
ssirlu
li
rikeb
fuq
il-
mewġa
ta'
din
l-
operazzjoni
u
grazzi
għaliha
tela'
fil-
Parlament
?
"
Din
akkuża
malafamanti
.
Jien
ħriġt
għall-
elezzjoni
ħames
snin
qabel
.
Mort
tajjeb
imma
ma
tlajtx
.
Eżatt
wara
dik
l-
elezzjoni
komplejt
nara
n-
nies
,
qattajt
ħafna
ħin
nagħmel
id-
door
to
door
u
nżur
ħafna
familji
.
Il-
kampanja
tiegħi
kompliet
tintensifika
lejn
l-
aħħar
tal-
kampanja
elettorali
.
Forsi
veru
ġbidt
aktar
simpatija
tan-
nies
,
"
jgħid
.
Fil-
Ħames
Distrett
fejn
bilkemm
resaq
lejh
bħala
kandidat
xorta
rnexxielu
jikseb
1
,
500
vot
.
"
Ara
operajt
kemm
nies
minn
dik
iż-
żona
fi
23
sena
!
U
dejjem
irrispettajt
lin-
nies
.
Ir-
rispett
iġib
ir-
rispett
,
"
iwieġeb
.
"
Jien
qatt
ma
nqdejt
b'
din
l-
operazzjoni
.
Forsi
swietli
ta'
ġid
fid-
duwijiet
.
Ngħiduha
kif
inhi
,
min
għandu
l-
kandidat
tiegħu
jżomm
lilu
u
lili
vvutali
t-
tieni
,
"
isostni
l-
Professur
Zammit
.
Inpoġġilu
quddiemu
mistoqsija
differenti
.
Gavin
Gulia
,
veteran
fil-
politika
u
żiemel
b'
saħħtu
fuq
id-
distrett
li
tela'
minnu
Zammit
,
baqa'
l-
art
minħabba
l-
voti
li
naqqarlu
.
Jimmaġina
lil
Gulia
bi
rwol
akbar
fil-
Partit
Laburista
?
Jitbissem
u
jgħid
:
"
Jien
kont
sorpriż
li
Gavin
Gulia
ma
ħariġx
għal
bye
election
fuq
is-
Sitt
Distrett
.
Ma
nafx
jrid
xi
jindika
b'
dan
.
Kulħadd
għandu
x'
joffri
fil-
Partit
Laburista
.
Issa
jiddependi
x'
viżjoni
qed
jara
l-
Partit
u
x'
għandu
x'
joffri
hu
lill-
Partit
.
"
Nistaqsieh
jekk
qattx
basar
li
ġejja
telfa
għall-
Partit
Laburista
.
Jgħid
li
kien
fiduċjuż
li
ġejja
rebħa
għall-
MLP
.
"
Qatt
ma
bsart
.
Għax
trid
tqis
jien
kemm
nitkellem
ma'
nies
u
kulħadd
kien
jgħidli
li
hemm
bżonn
bidla
fil-
Gvern
.
Kien
hemm
oħrajn
Nazzjonalisti
li
fil-
beraħ
sostnew
li
mhux
se
jivvutaw
.
Kien
hemm
ukoll
Nazzjonalisti
li
ġew
fuqi
u
speċifikament
qaluli
li
se
jivvutaw
lili
.
Il-
feeling
kien
li
ġejja
rebħa
għall-
MLP
,
"
jgħid
Zammit
.
Imma
x'
jaħseb
li
kienu
l-
fatturi
li
wasslu
għat-
telfa
?
"
Diffiċli
tgħid
.
Naħseb
li
l-
Partit
Nazzjonalista
beżża'
lill-
votant
.
Il-
PN
beżża'
lin-
nies
li
l-
MLP
se
joħroġ
lil
Malta
mill-
Unjoni
Ewropea
,
xi
ħaġa
li
qatt
ma
kien
il-
każ
.
Kien
hemm
il-
kwistjoni
tar-
reception
class
.
Din
il-
PN
ħadha
u
biegħha
bħala
"
repeater
class
"
.
"
Il-
lista
ta'
Anthony
Zammit
tkompli
.
"
Kien
hemm
ukoll
il-
makakkerija
tal-
media
tal-
Partit
Nazzjonalista
u
tal-
media
hekk
imsejħa
indipendenti
.
Kien
hemm
is-
siegħa
żejda
dakinhar
tal-
votazzjoni
li
żgur
tefgħet
lura
lill-
Partit
Laburista
,
"
jgħid
Zammit
.
Infakkru
li
skond
Joe
Saliba
,
is-
Segretarju
Ġenerali
tal-
PN
,
meta
intervistat
minn
din
il-
gazzetta
eżatt
wara
l-
elezzjoni
,
kien
qal
li
l-
Partit
Laburista
talab
li
l-
votazzjoni
tiġi
estiża
b'
siegħa
.
Iħares
lejja
u
waqt
li
jweġibni
jibqa'
jagħti
b'
rasu
b'
sens
ta'
determinazzjoni
.
"
Mela
kien
żball
tal-
MLP
!
"
Nistaqsih
jekk
jaqbilx
li
għandu
jkun
hemm
bidla
kbira
fil-
Partit
.
Għandu
jkun
hemm
uċuħ
ġodda
,
demm
ġdid
?
"
Jien
naħseb
li
t-
trio
kien
hemm
u
t-
trio
tilef
.
Iva
,
għandu
jkun
hemm
bidla
ta'
kulħadd
imma
ma
naħsibx
li
għandna
nagħmlu
reklutaġġ
minbarra
l-
partit
,
"
jargumenta
b'
referenza
ċara
għal
persuni
li
snin
ilu
lebbtu
'l
barra
mill-
MLP
.
Lil
min
qed
jappoġġa
bħala
mexxej
ġdid
Laburista
?
"
Diffiċli
tgħid
.
Għadni
rrid
naħseb
fiha
.
Naqbel
żgur
li
mal-
mexxej
għandu
jkun
hemm
Deputat
Mexxej
wieħed
u
mhux
tnejn
,
"
iwieġeb
.
Imma
għala
?
Biex
ma
jkollokx
ħafna
kaptani
?
"
Iva
,
"
u
bil-
mod
u
bil-
kalma
kollha
li
kważi
tippnotizzak
jerġa'
jagħmel
sinjal
b'
rasu
'l
isfel
.
"
Li
hu
żgur
hu
li
aħna
kburin
li
aħna
Laburisti
u
għandna
nibqgħu
kburin
.
M'
aħniex
ċittadini
tat-
tieni
klassi
.
Il-
Laburisti
huma
intelliġenti
daqs
il-
partit
l-
ieħor
,
jekk
mhux
aktar
minnhom
.
"
Qatt
ma
għajjarna
lill-
avversarji
b'
ismijiet
ta'
annimali
.
U
kulħadd
ra
l-
ħamallaġni
fejn
kienet
fil-
kampanja
elettorali
,
"
jargumenta
b'
referenza
għal
ċerti
xeni
ta'
partitarji
Nazzjonalisti
.
Nerġa'
nipprova
nżellaq
il-
mistoqsija
ta'
min
l-
aħjar
ikun
il-
mexxej
ġdid
Laburista
.
F'
daqqa
waħda
jagħtini
l-
ġenb
bis-
siġġu
u
minflok
lejja
issa
jħares
lejn
l-
iskrivanija
ta'
quddiemu
.
B'
idejh
jagħmel
sett
ta'
sinjali
biex
jispjegali
t-
teorija
tiegħu
.
"
Għamilt
ġurnata
naħseb
fuqha
.
Trid
tkun
taħlita
.
Hemm
bżonn
li
bħala
mexxej
ikollok
persuna
azzettata
,
b'
ċerta
maturità
fil-
ħajja
politika
.
Din
għandha
tkun
imżewġa
ma'
wiċċ
żagħżugħ
.
Bit-
tnejn
,
bħala
partit
,
tinfetaħ
għal
kull
faxxa
tas-
soċjetà
Maltija
u
Għawdxija
.
"
Ma'
l-
aħħar
ftit
kliem
ta'
din
is-
sentenza
jasal
b'
idu
n-
naħa
l-
oħra
tal-
mejda
li
kienet
tissimbolizza
rebħa
fl-
elezzjoni
ġenerali
li
jmiss
.
Jaqbel
li
l-
għażla
tal-
mexxej
għandha
tibqa'
kif
inhi
jew
li
għandha
titwessa'
l-
għażla
ta'
min
jista'
jivvota
?
"
Naħseb
li
jekk
titwessa'
jkollok
aktar
demokrazija
.
Naqbel
li
għandhom
jivvutaw
aktar
nies
.
Ma
neskludix
il-
possibbiltà
li
wara
l-
ħatra
tal-
mexxej
ikun
hemm
diskussjoni
interna
biex
jinbidel
l-
istatut
,
"
iwieġeb
il-
Professur
.
Anthony
Zammit
jaħseb
li
wasal
iż-
żmien
li
l-
Partit
Laburista
jgħid
ċar
u
tond
kif
jaħsibha
dwar
suġġetti
jaħarqu
,
fosthom
il-
koabitazzjoni
u
d-
drittijiet
għal
persuni
gay
?
"
M'
għandi
xejn
kontra
l-
koabitazzjoni
dment
li
jkun
hemm
il-
lealtà
,
"
jispjega
filwaqt
li
jaqbel
li
l-
liġijiet
għandhom
jinbidlu
biex
jipproteġu
liż-
żewġ
partijiet
.
"
Naf
koppji
gay
li
ilhom
35
sena
jgħixu
flimkien
.
Jien
naqbel
li
wara
ċertu
ammont
ta'
snin
li
tnejn
ikunu
ilhom
jgħixu
taħt
l-
istess
saqaf
,
japplikaw
ċerti
regolamenti
,
"
jgħid
Zammit
.
"
Il-
gruppi
ta'
minoranza
ħadd
ma
jħobb
joħroġ
għonqu
għalihom
.
Jien
fuq
programm
televiżiv
fuq
Smash
tkellimt
fuq
il-
gays
.
M'
għandi
xejn
kontrihom
.
Huma
nies
enjoyable
,
kultivati
u
ma
niddejjaq
xejn
inkun
fil-
kumpanija
tagħhom
,
anzi
.
Jien
open-
minded
ħafna
għall-
gruppi
ta'
minoranza
.
Is-
saħħa
m'
għandhiex
kuluri
,
"
jgħid
.
Hemm
min
li
lill-
Professur
Zammit
jakkużah
b'
ipokrezija
għax
filwaqt
li
jimplikaw
li
hu
gay
,
jibża'
jiddefendi
fil-
beraħ
temi
ta'
gays
biex
ma
jitlifx
l-
appoġġ
tan-
nies
.
"
Jiena
persuna
sempliċi
ħafna
.
Forsi
minħabba
l-
fatt
li
nitħallat
u
ninżel
għal-
livell
ta'
kulħadd
…
Min
jgħid
hekk
jista'
jkun
li
jgħid
hekk
biex
jaqla'
l-
ħama
għax
jaf
li
ċerti
faxex
mhumiex
aċċettati
mis-
soċjetà
,
"
iwieġeb
waqt
li
wiċċu
issa
huwa
skarnat
.
Imbagħad
isemmili
x'
qallu
ħabib
tiegħu
gay
meta
kien
il-
Ġermanja
.
"
Kien
qalli
:
"
Never
say
never
"
,
"
jgħid
Zammit
.
Il-
Professur
jemmen
li
tul
dawn
l-
aħħar
snin
Malta
tilfet
ħafna
mill-
valuri
u
hawn
jiftaħ
fuq
realtà
oħra
soċjali
:
xebbiet
li
jispiċċaw
irabbu
tfal
waħedhom
barra
ż-
żwieġ
.
"
F'
dawn
l-
aħħar
20
sena
tlifna
l-
prinċipji
Maltin
.
Veru
morna
l-
baħar
!
"
isostni
Zammit
.
"
M'
għandi
xejn
kontra
s-
single
mothers
.
Nemmen
li
għandna
nkomplu
ngħinuhom
aktar
.
Imma
jekk
wieħed
jindaga
sew
isib
li
mhux
veru
ħadd
ma
jaf
ammont
kbir
ta'
tfal
min
hu
missierhom
.
"
Forsi
ħafna
mill-
każijiet
huma
tali
li
jekk
dawn
il-
koppji
jkunu
identifikati
,
il-
pajjiż
jista'
jgħinhom
bħala
koppja
.
Wieħed
jista'
jgħinhom
isolvu
l-
problemi
bejniethom
u
wkoll
billi
jsibilhom
fejn
joqogħdu
.
Imma
kulħadd
irid
jerfa'
r-
responsabbiltà
għal
għemilu
,
"
b'
referenza
diretta
għal
ċerti
ġuvintur
li
jibqgħu
jġorru
bandiera
bajda
qisu
qatt
ma
kien
xejn
.
Indawwar
l-
intervista
fuq
il-
ħin
ta'
rilassament
.
Iħobb
l-
arti
,
il-
pittura
u
kollezzjonist
ta'
l-
artiġġanatu
affarijiet
antiki
.
Xi
ħaġa
li
probabbli
mxiet
fid-
demm
mill-
għeruq
tal-
familja
.
Ommu
kienet
ħarġet
minn
familja
fil-
ġojjellerija
u
ta'
nies
li
jaħdmu
fil-
fidda
.
"
Il-
mużika
togħġobni
ħafna
.
Kull
tip
ta'
mużika
.
Minn
klassika
sa
pop
.
Jiddependi
minn
dak
li
nkun
qed
nagħmel
f'
dak
il-
ħin
.
Anke
waqt
operazzjoni
erġajna
daħħalna
l-
mużika
b'
xi
radju
fl-
isfond
.
"
Imbagħad
bla
ma
nistaqsieh
"
iqerr
"
fuq
xi
ħaġa
personali
.
"
Jien
waqt
li
nkun
qed
nikkonċentra
nagħlaq
għajnejja
.
Ninża'
kompletament
mill-
ħsejjes
ta'
madwari
u
niffoka
fuq
dak
li
nkun
qed
nagħmel
jew
fuq
dak
li
jingħad
.
Mhux
darba
u
tnejn
inkun
waqt
xi
laqgħa
jew
diskussjoni
u
jaħsbuni
li
nkun
qed
nogħnos
.
Fil-
verità
inkun
qed
naħseb
.
"
Bejni
u
bejn
ruħi
jien
u
mmekkek
fil-
kurituri
ta'
l-
Isptar
Mater
Dei
nipprova
nifhem
din
ta'
l-
aħħar
.
Konvinta
li
din
il-
"
qrara
"
qalha
għax
waqt
l-
intervista
ħassu
komdu
u
sinċier
.
Imma
għandi
sensazzjoni
li
jista'
jkun
qed
jilqa'
minn
issa
għal
xi
filmat
tiegħu
li
fil-
futur
jistgħu
jġibuh
jimmedita
b'
għajnejh
magħluqa
waqt
xi
dibattitu
jaħraq
fil-
Parlament
jew
fil-
Partit
Laburista
.